Lokali

Karozza tinqaleb fil-Gudja; oħra tieħu n-nar f’Tas-Sliema

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għal kura wara li nqalbet karozza f’Dawret il-Gudja, il-Gudja. L-inċident seħħ ftit wara s-siegħa ta’ wara nofsinhar, b’ħabta bejn Ford Transit u Fiat Punto, b’din tal-aħħar tinqaleb mal-impatt. Fortunatament, iż-żewġ sewwieqa mhumiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom.

Intant, ħadd ma weġġa’ f’inċident ieħor f’Tas-Sliema, fejn karozza ħadet in-nar fi Triq it-Torri. L-inċident seħħ iktar kmieni llum wara nofsinhar, u s-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura. It-triq ma damitx ħafna sakemm infetħet għat-traffiku.

Nar Karozza incident Sliema