Lokali

Mhux fil-periklu tal-mewt wara inċident ħdejn iċ-Ċimiterju ta’ Ħal-Lija

Raġel ta’ 34 sena mill-Pieta’ ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ftit ‘il bogħod miċ-Ċimiterju ta’ Ħal-Lija.

Ir-raġel kien qed isuq Citroen HZ fid-direzzjoni tal-Mosta meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel fil-crash barriers mal-ġenb tat-triq. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu. ir-raġel ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.