Lokali Saħħa

Prodott tal-ikel irtirat mis-swieq Ewropej minħabba riskju għas-saħħa

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà tal-preżenza elevata tal-mikrobu Bacillus cereus.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Ginger powder

Ditta: TRS Asia’s Finest Foods

Oriġini: Indja

Użin: 100g

Deskrizzjoni tal-maħfen: Maħfen tal-plastik

Data tad-durabilità minima: 31/03/2016

Numru tal-Lott: P 140328

 

Prodott

Il-Kumpaniji involuti ġew obbligati jirtiraw il-prodott mis-swieq, iżda peress li ġie rrapurtat li l-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur finali, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.