Il-mexxej tal-grupp militanti ISIS Abu Bakr al-Baghdadi, sejjaħ lill-Musulmani kollha sabiex jobduh f’dak li huwa l-ewwel messaġġ permezz ta’ filmat li ħareġ l-istess Baghdadi li fil-jiem li għadddew ġie maħtur bħala l-mexxej politiku u spiritwali tal-grupp militanti li ħataf partijiet kbar mill-Iraq u s-Sirja.
Il-messaġġ permezz ta’ filmat jidher li ġie rrekordjat il-Ġimgħa f’moskeja f’Mosul. Fl-istess messaġġ Baghdadi faħħar it-twaqqif tal-istat Iżlamiku li tħabbar nhar il-Ħadd li għadda.
Intant il-vjolenza fl-Iraq tkompli tizdied hekk kif militanti tal-grupp ISIS imexxi minn Baghdadi kissru numru ta’ siti reliġjużi, inkluż siti Nsara, fil-provinċja ta’ Nineveh b’ritratti u filmati tat-tkissir jitqassmu fuq il-media soċjali.
//= $special ?>

