Internazzjonali

Attakk fil-Kenja iħalli 29 ruħ mejta

Rġiel armati qatlu 29 persuna f’żewġ attakki separati mal-kosta tal-Kenja. Uffiċjal mill-gvern tal-pajjiż ikkonferma li fl-ewwel attakk kienu nqatlu disgħa persuni filwaqt li fit-tieni attakk l-ammont ta’ vittmi kien ta’ għoxrin ruħ bl-istess uffiċjal iwissi li l-ammont setgħa jiżdied.

L-attakki seħħew is-Sibt filgħaxija fir-raħal msejjaħ Hindi u f’żona magħrufa bħala Gamba.

Bosta kkumentaw dwar il-fatt li waqt l-attakki l-rġiel armati daħlu fil-villaġġi u sparaw mingħajr ebda ġudizzju ta’ xejn.

Il-grupp militanti Iżlamiku Somalu Al Shabaab saħaq li huwa kien wettaq l-attakk mal-kosta tal-Kenja.