Lokali

Filmat: Il-Kummissjoni Emigranti u l-JRS b’reazzjoni pożittiva għall-proposta ta’ front komuni dwar l-immigrazzjoni rregolari

Wara li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq fil-Parlament ħames prinċipji li għandhom jiggwidaw l-politika fuq l-immigrazzjoni, dan is-sit tkellem ma’ rappreżentanti ta’ entitajiet li jaħdmu f’dan il-qasam.

Sew il-Kummissjoni Emigranti kif ukoll il-JRS, is-Servizzi tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati jaqblu li pajjiżna għandu jkollu front komuni dwar l-immigrazzjoni u jilqgħu b’sodisfazzjon dawn il-proposti.

Aktar dettalji fil-filmat