Is-sewwieq Ingliż tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tar-Renju Unit li sar fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. It-tellieqa kellha tieqaf għal madwar siegħa wara li Kimi Raikkonen tal-Ferrari kien involut f’inċident. Barra minn hekk, il-lider Nico Rosberg tal-Mercedes, li beda mill-pole position, kellu jirtira hekk kif kompliet it-tellieqa minħabba problema fil-gearbox. Raikkonen sofra xi ksur u kellu jittieħed l-isptar.
Id-distakk bejn Hamilton li qiegħed fit-tieni post tal-klassifika tas-sewwieqa u Rosberg issa hu biss erba’ punti.
Din kienet il-ħames rebħa għal Hamilton dan l-istaġun u t-tieni darba li rebaħ quddiem il-pubbliku tiegħu stess. Ta min jinnota li l-ewwel rebħa li kien kiseb Hamilton fir-Renju Unit kienet waslet proprju fis-6 ta’ Lulju ta’ sitt snin ilu. Din kienet is-27 rebħa fil-karriera tiegħu biex b’hekk laħaq lil-eks sewwieq Jackie Stewart.
Valtteri Bottas tal-Williams u Daniel Ricciardo tar-Red Bull spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament filwaqt li ċ-champion rejnanti tar-Red Bull Sebastian Vettel spiċċa fil-ħames post quddiem Fernando Alonso tal-Ferrari u pożizzjoni wara Jenson Button tal-McLaren. Għal Bottas dan kien riżultat mill-aqwa speċjalment meta wieħed iqis li dan beda t-tellieqa mill-14-il post.
Kif spiċċaw:
1. Lewis Hamilton – Mercedes
2. Valtteri Bottas – Williams
3. Daniel Ricciardo – Red Bull
4. Jenson Button – McLaren
5. Sebastian Vettel – Red Bull
6. Fernando Alonso – Ferrari
7. Kevin Magnussen – McLaren
8. Nico Hulkenberg – Force India
9. Daniil Kvyat – Toro Rosso
10. Jean-Eric Vergne – Toro Rosso
Klassifika tas-sewwieqa:
1. Nico Rosberg – 165
2. Lewis Hamilton – 161
3. Daniel Ricciardo – 98
4. Fernando Alonso – 87
5. Valtteri Bottas – 73
6. Sebastian Vettel – 70
7. Nico Hulkenberg – 63
8. Jenson Button – 55
9. Kevin Magnussen – 35
10. Felipe Massa – 30
Klassifika tal-Kostrutturi:
1. Mercedes – 326
2. Red Bull Racing-Renault – 168
3. Ferrari – 106
4. Williams-Mercedes – 103
5. Force India-Mercedes – 91
6. McLaren-Mercedes – 90
7. STR-Renault – 15
8. Lotus-Renault – 8
9. Marussia-Ferrari – 2
10. Sauber-Ferrari – 0
11. Caterham-Renault – 0