Aġġornata: Wara l-istorja li żvela dan is-sit il-gvern ħareġ stqarrija fejn l-istorja ġiet kkonfermata.
Aktar kmieni
Maltarightnow.com jinstab infurmat li l-gvern ħa d-deċiżjoni li jipposponi l-ftuħ ta’ Skola Sajf b’ġimgħa. Dan ifisser li l-istudenti li minn għada kienu ser jibdew jattendu dawn il-lezzjonijiet fl-iskejjel mhux ser ikunu jistgħu jagħmlu dan. Il-gvern kien kosrett jieħu din id-deċiżjoni wara li l-ħaddiema ta’ Skola Sajf iddikjaraw li kienu beħsiebhom jistrajkjaw għax ma’ kellhomx biżżejed riżorsi umani.
Pressjoni biex Skola Sajf ma tinfetaħx għada saret mill-union tal-għalliema, l-MUT, għaliex il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ma’ żammx mar-regolamenti, xi ħaġa li wasslet għal kaos kbir ftit siegħat qabel dak li kellu jkun il-ftuħ ta’ Skola Sajf.
Il-bieraħ l-MUT qalet li ċ-ċentri ta’ Skola Sajf mhumiex mgħammra bl-istaff meħtieġ, m’hemmx għalliema biex jieħdu post dawk li ser ikunu fil-korsijiet, studenti universitarji Għawdxin kienu mitluba jaħdmu Malta meta f’Għawdex huma tant meħtieġa, u talbiet li saru mill-koordinaturi għal aktar impjegati kienu miċħuda b’arroganza. Dwar l-amministrazzjoni ħażina ta’ Skola Sajf mistennija ssir investigazzjoni.
//= $special ?>