Il-President Ukren Petro Poroshenko ddeskriva r-rebħa militari tal-gvern ta’ Kiev fil-belt ta’ Sloviansk bħala mument mill-aktar importanti fil-ġlieda tal-gvern Ukren kontra s-separatisti favur ir-Russja. “Mhijiex rebħa totali, iżda l-liberazzjoni ta’ Sloviansk minn mostri armati sa snienhom hija importanti ħafna simbolikament fil-ġlieda għall-integrita territorjali tal-Ukrajna” saħaq Poroshenko mal-ġurnalisti.
Minn naħa l-oħra s-separatisti li kienu ilhom jikkontrolaw din il-belt fil-lvant tal-Ukrajna sa minn April issa rtiraw lejn il-belt ta’ Donetsk. Bosta separatisti esprimaw diżżapunt kbir fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin hekk kif saħqu li stennew appoġġ ferm akbar fil-ġlieda tagħhom kontra l-gvern ta’ Kiev.
//= $special ?>

