F’Cobb County f’Atlanta fl-Istati Uniti qiegħed jiddomina x-xena l-każ traġiku ta’ Cooper Harris, tifel ta’ tnejn u għoxrin xahar li miet wara li għal sebgħa siegħat sħaħ kien marbut fuq wara tal-karozza ta’ missieru Justin Ross Harris li issa jinstab akkużat bl-omiċidju ta’ ibnu. Il-każ seħħ fit-18 ta’ Ġunju li għaddha iżda l-missier, ta’ 33 sena, beda għaddej proċċess ġudizzjarju propju din il-ġimgħa.
Fis-seduta tas-Sibt ħareġ kif allegatament waqt li Cooper kien fil-karozza jissielet għal ħajtu, missieru kien qiegħed jibgħat materjal pornografiku permezz tal-mowbajl tiegħu. Ġie żvelat ukoll kif fil-jiem ta’ qabel Justin Ross Harris kien għamel riċerka fuq l-internet dwar mewt permezz ta’ sħana meta wieħed jinqabad ġo karozza filwaqt li kien għamel riċerka wkoll dwar il-ħajja fil-ħabs. Fl-istess seduta, li fiha Harris ma’ ingħatax liberta’ proviżorja, ġie żvelat kif fuq it-tifel kienu nħarġu żewg poloz ta’ assigurazzjoni, waħda għal valur ta’ $25,000 u oħra għal valur ta’ $2,000.
Minn naħa tagħha d-difiża ta’ Harris qegħda tgħid li dan kien każ ta’ żball ġenwin fejn il-missier nesgħa jieħu lil ibnu id-Day Care Centre u bi żball nesieħ fil-karozza. Id-difiża qegħda tgħid ukoll li kollox jindika li Harris kien missier eżemplari li kien iħobb lil ibnu.
F’xhieda mgħotija s-Sibt iżda l-Ispettur Phil Stoaddard xhed kif Harris fl-ebda ħin ma’ ċempel għal għajjut u saħaq li t-tifel kien miet mewta ta’ uġigħ kbir. Saħaq li l-pulizija kellha evidenza ċara li Harris ried jgħix ħajtu mingħajr tfal.
//= $special ?>

