Fl-okkażżjoni tal-mitejn anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, il-membri tal-korp attendew għall-quddiesa fil-kappella taċ-ċimiterju tal-adolorata, f’Raħal Ġdid.
Għal din l-quddiesa kien hemm preżenti il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Manuel Mallia, l-Aġent Kummissarju Ray Zammit, diversi membri tal-korp kif ukoll r-rekluti li qed jieħdu it-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija. F’dik li kienet l-ewwel ċerimonja uffiċjali għal Ray Zammit bħala Aġent Kummissarju tal-Pulizija.
Waqt l-omelja, il-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija, Fr. Ray Bonnici tkellem dwar il-ħajja bħala vjaġġ li xi drabi twassalna biex inħossu li qed nitilgħu telgħa iebsa li teħtieġ konvinzjoni biex inżommu sod mal-ideat u t-twemmin tagħna. Hu qal li quddiem l-isfidi tal-ħajja, l-ħniena ta’ Alla sservi biex ttaffi t-toqol.
Hu tkellem ukoll dwar l-umilta’ li tfisser li wieħed jgħaraf id-doni tiegħu u jużahom biex jaqsamhom f’ġid għall-oħrajn. Il-Kapillan tal-Korp ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jiftħu qalbhom għall-kelma ta’ Alla u jgħarfu is-sejħa ta’ Alla għal ħajjithom.
Wara l-quddiesa, dawk preżenti żaru il-qabar tal-Korp tal-Pulizija fejn sar it-tqegħid tal-kuruni minn diversi sezzjonijiet tal-korp biex tiġi mfakkra il-ħidma ta’ membri tal-korp li jinsabu midfuna f’dan is-sit.
//= $special ?>