Kultura Lokali

ABBA Authentic b’kunċert fiż-Żurrieq

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani fiż-Żurrieq ser tkun qed torganizza kunċert nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju b’risq Puttinu Cares. Kunċert li jibda fit-tmienja u nofs b’warm up mid-DJ popolari Pierre Cordina u jkompli b’kunċert mill-isbaħ tat-tribute band ‘ABBA Authentic’. Band li daret aktar minn għoxrin pajjiż tinterpreta l-aqwa suċċessi tal-grupp leġġendarju ABBA.

Id-dħul għal kunċert huwa b’xejn u wieħed jista’ jidħol għal dan il-kunċert minn Misraħ il-Karmelitani, Triq il-Kunċizzjoni u Triq San Luqa. Matul il-kunċert ser ikunu qegħdin jinġabru donazzjonijiet b’risq Puttinu Cares.