Lokali

Aġġornata: Żewġ persuni arrestati fil-fatt wara serqa fil-Mellieħa

Il-Pulizija arrestat żewġ persuni wara li qabdithom fil-fatt ħerġin minn residenza li kienu għadhom kemm serqu.

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li s-serqa seħħet dalgħodu f’residenza fil-Mellieħa. Persuni li nnutaw affarijiet mhux tas-soltu, irrappurtaw il-każ lill-Pulizija. Għall-ħabta ta’ 12pm, iż-żewġt irġiel dehru ħerġin mir-residenza billi qabżu ħajt li jagħti għal Triq Earl Newton.

L-informazzjoni li għandna tgħid ukoll li l-persuni serqu ammont ta’ deheb, tant li wieħed mill-irġiel kellu fuqu baskett bl-affarijiet misruqa. Madankollu, ħidma f’waqtha mill-Pulizija wasslet biex iż-żewġt irġiel kienu arrestati fil-post.

Hu mifhum li dawn mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin.