Il-Kandidat Presidenzjali fl-Afganistan Abdullah Abdullah ħabbar lilu nnifsu bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni u dan minkejja li r-riżultati uffiċjali taw rebħa lir-rival tiegħu Ashraf Ghani. Meta kien qed jindirizza lil partitarji fil-kapitali Kabul, Abdullah saħaq li l-elezzjoni kienet imtapna bi frodi.
Waqt l-istess laqgħa spikkat ir-rabja tal-partitarji li neħħew ritratt tal-president attwali Hamid Karzai filwaqt li għajtu, ‘Mewt għal Karzai’. Il-posizzjoni ta’ Abdullah kisbet l-appoġġ ta’ bosta figuri influwenti fosthom gvernaturi, mexxeja ta’ distretti, sindki u anke bosta ġellieda. Madankollu r-rival tiegħu Ghani wkoll igawdi appoġġ wiesgħa.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju tal-istat Amerikan John Kerry esprima t-tħassib tiegħu dwar ġlieda għal poter. Huwa esprima dan it-tħassib anke fl-isfond ta’ bomba fil-kapitali Kabul fejn nqatlu sittax il-persuna fosthom erbgħa suldati tan-NATO. Attakk ieħor, din id-darba f’Bagram, ħalla tnax il-persuna mejta fosthom żewġ membri tal-korp tal-pulizija.
//= $special ?>

