Internazzjonali

Appell kontra l-vjolenza mid-Dalai Lama

“Imaġinaw lil Budda quddiemkom qabel twettqu vjolenza kontra l-minoritajiet. Il-Budda tippriedka l-mħabba u l-kompassjoni u li kieku l-Budda tkun preżenti żgur li tħares lil dawk il-Musulmani li qegħdin jisfaw attakkati minn Buddisti”.

Hekk saħaq il-mexxej spiritwali tat-Tibet Dalai Lama meta kien qiegħed jitkellem fl-Indja waqt appell mqanqal lill-Buddisti fil-Myanmar u s-Sri Lanka fejn dan l-aħħar spikkat l-vjolenza minn bosta Buddisti militanti kontra l-minoranza Musulmana f’dawn il-pajjiżi. Vjolenza li spiss titmexxa minn xi patrijiet Buddisti estremisti.

Id-Dalai Lama għamel dan l-appell mqanqal quddiem eluf ta’ Buddisti fosthom l-istilla ta’ Hollywood Richard Gere.