Xjentisti Ingliżi għamlu avvanz kbir fejn tidħol il-marda tal-Alzheimer, li eventwalment twassal għad-Dimensja.
Dan wara li saret riċerka fuq aktar minn 1,000 persuna, li permezz tagħha identifikaw sett ta’ proteini fid-demm li jistgħu juru l-bidu ta’ dimensja fil-bniedem. Dan isir permezz ta’ sempliċi test tad-demm, li skont ix-xkentisti għandu preċiżjoni ta’ 87%.
L-esperti qalu li dan l-avvanz se jintuża’ biex itejbu l-mediċina għad-dimensja. Qalu wkoll li t-test għalissa ma jistax jibda jintuża’ mit-tobba.
//= $special ?>