Bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Lulju il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ser ikun qiegħed għat-tieni sena infila jorganizza is-Sliema Street Art Festival. Matul dan il-festival ser ikun hemm xalata ta’ talent lokali u anke barrani fejn fost oħrajn ser ikun hemm aktar minn ħmistax il-artist barrani li ser ikunu qegħdin jiġu Malta apposta għal din l-attivita’.
Dawn l-artisti ser ikunu qegħdin juru x-xogħol tagħhom tul ix-xatt ta’ Tas-Sliema. Ix-xogħol ser ikun ivarja minn xogħol permezz ta’ spray għal xogħol 3D. Għal din l-attivita’ il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħadem ma’ bosta entitajiet kummerċjali kif ukoll mal-grupp Add More Colours.
//= $special ?>