Bejn Mejju 2013 u Mejju 2014, il-produzzjoni mill-industrija ta’ pajjiżna naqset b’aktar minn 11%. Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li tikkonferma x-xejra tat-tnaqqis fil-produzzjoni industrijali matul l-aħħar sena. Dan minkejja li fuq April 2014, il-produzzjoni industrijali f’Malta żdiedet b’0.6%.
Madankollu, fuq medda ta’ sena, it-tnaqqis kien ta’ 11.3%, l-aktar fi prodotti intermedjarji, fi prodotti li jiġu kkunsmati u fl-enerġija. L-unika żieda, ta’ 3.6%, kienet irreġistrata fil-produzzjoni ta’ prodotti kapitali.
Min-naħa l-oħra, meta tqabbel April 2014 ma’ Mejju 2014, il-produzzjoni tal-prodotti tal-konsumatur żdiedet, kif żdiedet ukoll dik tal-prodotti kapitali. Iżda xorta waħda kien hemm tnaqqis fil-prodotti intermedjarji u fil-produzzjoni tal-enerġija.
Dawn iċ-ċifri tal-NSO jikkonfermaw ukoll ix-xejra negattiva f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni industrijali f’Malta meta mqabbel mal-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, xahar wara l-ieħor, pajjiżna jmur kontra x-xejra tal-medja Ewropea, li qed tiżdied.
Fil-fatt, skont l-ahhar statistika li harget l-Agenzija tal-Istatistika tal-UE, il-Eurostat, ghax-xahar ta’ April, Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali minn fost il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea – tnaqqis ta’ 11.4 fil-mija. Dakinhar kienu biss sitta l-istati membri li rregistraw tnaqqis, bl-eqreb pajjiz lejn Malta f’dak li hu tnaqqis jigi ferm ‘il boghod – l-Olanda bi 3%.
Apparti f’dawn is-sitt pajjizi, fil-bqija tat-28 pajjiz membru tal-Unjoni, il-produzzjoni industrijali zdiedet. Biex il-medja tal-UE u taz-zona ewro t-tnejn irregistraw zidiet, ta’ 2.1% u 1.4% rispettivament fuq April 2013.
//= $special ?>