L-Iżrael wissa li se jżid l-attakki tiegħu fuq il-medda ta’ Gaża, f’tenattiv li jwaqqaf għal kollox l-isparar ta’ rockets mill-moviment militanti Iżlamiku Palestinjan tal-Ħamas minn Gaża. F’aktar attakki Iżraeljani fl-aħħar sigħat, indarbu mill-anqas 15-il persuna, fosthom nisa u tfal.
Min-naħa tiegħu, il-grupp militanti tal-Ħamas qed jgħid li l-attakki qed isiru b’risposta għall-aggressjoni tal-Iżrael wara li akkuża lill-Armata Iżraeljana li qatlet ħames ġellieda tiegħu. Iżda l-Iżrael qed jiċħad dawn l-akkużi.
It-tensjoni bejn iż-żewġ naħat reġgħet tqanqlet wara l-qtil tat-tliet ġuvintur Iżraeljani u ieħor Palestinjan, li nqatlu wara li nħatfu.
//= $special ?>

