Raġel Libjan ta’ 29 sena u residenti Ħal Far jinsab f’qagħda kritika wara li sab xi diffikultajiet waqt li kien qiegħed fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbugia.
Ir-raġel kien assistit minn ħabib tiegħu u żewġ Maltin li għenuh sal-bajja sakemm kien assistit minn team mediku mill-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>