Exiles Ferretti……………5
Sliema Frank Salt……..18
(2-3),(0-3),(1-6),(2-6)
Sliema Frank Salt bdew jiddefendu t-tazza li rebħu s-sena l-oħra meta faċilment għelbu lil Exiles Ferretti 18-5 biex għaddew għas-semifinali fejn issa jilagħbu kontra Valletta.
Kif jixhed l-iskor il-partita kienet dominata minn Sliema li kellhom kmand assolut tal-konfront. Exiles li kellhom lil Julian Rizzo Naudi u James Spiteri Staines neqsin ma kellhom l-ebda reazzjoni għall-gowls Slimiżi u hemm bżonn jinsew din il-partita malajr biex ikomplu bl-istaġun tagħhom.
Sliema fetħu tajjeb u rnexxilhom jirbħu l-ewwel sessjoni 3-2. It-tim Slimiż kompla jibni l-vantaġġ fit-tieni sessjoni u skorja tlieta mingħajr risposta.
Is-Slimiżi għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni meta ħadu l-kmand tal-partita u għamlu l-iskor 12-3.
L-aħħar sessjoni kienet biss formalita` biż-żewġ timijiet jagħmlu użu mill-plejers li lagħbu anqas, iżda Sliema komplew jikkontrollaw il-partita sal-aħħar u kisbu post fis-semifinali.
Exiles: I. Bugeja, N. Paris, S. Vassallo, D. Pace Lupi (1), G. Katonas, S. Galea Pace, K. Griscti, L. Sekulic (1), P. Borg (2), B. Lanzon, N. Portelli, K. Lanzon (1)
Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta (4), N. Lubrano (1), T. Sullivan, M. Meli, J. Soler (5), J. Borg, C. Cluett, J. Brownrigg, A. Attard, A. Basara (4), A. Petkovic (4), K. Schembri
Referees: Alex deRaffaele, Gianluca Centineo
//= $special ?>

