Internazzjonali

Ġappun: Tifun jagħmel ħerba mill-gżejjer Okinawa, ma jħallix vittmi iżda erba’ feruti

Mijiet ta’ eluf ta’ Ġappuniżi kellhom jistkennu quddiem il-qilla tat-tifun Neoguri, li matul il-jum għamel ħerba mill-gżejjer Okinawa. It-tifun ġab miegħu xita qalila u rwiefen li qabżu il-250 km fis-siegħa.

Fortunatament, jidher li ma kienx hemm vittmi, b’erba’ persuni jsofru xi feriti. Neoguri jinsab fil-baħar taċ-Ċina tal-Lvant u diġà qed inaqqas mill-qawwa tiegħu.