Il-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni ltaqa’ mal-uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin fil-bini tal-union fil-Furjana.
Il-Kap tal-PN u Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil qal li din hi l-ewwel darba li l-grupp parlamentari sħiħ qed iżur waħda mill-għaqdiet ewlenin tal-imsiehba socjali f’pajjizna.
Din il-laqgħa turi li bħala partit verament qegħdin ninfetħu aktar sabiex inkunu vicin bhan-nies, sahaq Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jħares lejn l-awtonomija u l-indipendenza tat-trejdjunjins f’pajjiżna. “Din hi essenzjali u ta’ valur kbir għad-demokrazija. Għaldaqstant, se nibqgħu nirrikonoxxu l-awtonomija u l-indipendenza tal-UĦM biex ikollna demokrazija aktar b’saħħitha,” tenna Busuttil.
Is-Segretarju Ġenerali tal-UHM Josef Vella, qal li huwa unur għall-UHM li d-deputati kollha tal-PN attendew għal din il-laqgħa. Hu fisser kif dan hu kruċjali għall-proċess ta’ djalogu soċjali xieraq f’pajjiżna.
Vella qal li l-iskambju tax-xogħol bejn il-politiċi u l-unions għandu jissaħħah u appella biex fil-futur jersqu aktar fil-qrib fil-ħidma tagħhom. Josef Vella enfasizza li fix-xoghol taghhom it-trejdunions ghandhom jibqgħu newtrali u indipendenti. Dan sabiex ikunu jistgħu jiddepefendu lill-ħaddiema l-ewwel u qabel kollox.
Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM appella biex din il-laqgħa tkun segwita b’aktar laqgħat b’sens ta’ servizz.
//= $special ?>