Raġel ta’ 37 sena minn Ħal-Qormi tpoġġa taħt tliet snin probation wara li wiegħed li kien se jħallas l-oġġetti kollha li seraq, f’dan il-każ prodotti tax-xagħar li jlaħħqu s-€6,000. Alan Spiteri ammetta li wettaq din is-serqa quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.
L-Ispettur Jonathan Ramsley qal kif f’Novembru tal-2012, Spiteri kien seraq b’kemm jiswew €6,000 fi prodotti tax-xagħar għad-dannu ta’ Kevin Farrugia. L-Ispettur spjega li Spiteri ammetta mill-ewwel l-involviment tiegħu f’dan il-każ u kkopera bis-sħiħ mal-investigaturi.
Meta kien innutat li Spiteri kellu biss ħtija ta’ tliet reati żgħar, u li aċċetta li jħallas għall-oġġetti misruqin, il-Qorti poġġiet lil Spiteri fuq tliet snin probation u kien ordnat li jrid iħallas il-flus li għandu jagħti f’perjodu ta’ tliet snin. L-Avukati Michael Scirha u Lucio Sciriha deheru għal Spiteri.
//= $special ?>

