Żagħżugħ Libjan ta’ 29 sena, residenti Ħal Far, jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu li jitlef ħajtu wara li sab xi diffikultajiet waqt li kien qed jgħum fi Pretty Bay f’Birżebbuġa.
Ir-raġel kien assistit minn ħabib tiegħu u żewġ Maltin li wassluh sal-Bajja, fejn ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Il-Maġistrat tal-għassa ġie nfurmat bil-każ, fetaħ inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>