Sport Waterpolo

Neptunes fis-semifinali

San Ġiljan Allcare…….11
Neptunes Grimaldi……14
(3-3)(3-2)(2-4)(3-5)

Neptunes Grimaldi għaddew għas-semifinali tal-BOV KO meta għelbu lil San Ġiljan Allcare 14-10. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom u saħansitra San Ġiljan kellhom mumenti fejn kienu żewġ gowls minn fuq iżda Neptunes kellhom lil Molnar ma jaħfirx.

L-ewwel sessjoni wriet li l-logħba se tkun bilanċjata biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin għal 3-3. San Ġiljan ħadu vantaġġ ta’ gowl, b’doppjetta ta’ Kovacic 6-5. Matul iż-żewġ sessjonijiet, il-kowċ ta’ San Ġiljan Sergio Afric serraħ f’daqqa lil Paul Fava, Karl Galea u Dino u Matthew Zammit f’mossa bil-għan li jidħlu iktar fl-iskemi.

Il-Ġiljaniżi marru 7-5 b’gowl ta’ Dowling iżda Neptunes dawru l-iskor 9-8. Iż-żewġ timijiet kellhom ċans jiskorjaw lejn it-tmiem iżda fallew u Neptunes żammew il-gowl distakk u kabbruh għal tliet gowls, b’San Ġiljan jerġgħu jnaqqsuh għal gowl. Iżda t-tim ta’ Markoch reġa’ ħa l-kmand b’żewġ gowls oħra u għamel ċert mir-rebħa.

San Ġiljan: D. Camilleri, C. Spiteri Debarro, A. Galea, Ka. Galea (1), K. Dowling (1), M. Zammit (3), A. Radovic (1), A. Bianchi, Ke. Galea, Z. Kovacic (4), P. Fava, D. Zammit (1), J. Sammut

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), M. Lanzon, M. Stellini (1), T. Agius, G. Mizzi, S. Camilleri (4), J. Camilleri, A. Zarb Cousin, P. Biros (2), B. Muscat Dougall, T. Molnar (3), C. Mercieca (2)

Referees: Mario Dalli, Gianluca Centineo