Aktar ma noqorbu lejn il-finali tat-Tazza tad-Dinja, li se tintlagħab il-Ħadd li ġej fl-istadium tal-Maracana, qed ikompli jiżdied id-‘deni’ fost il-partitarji tal-ftit timijiet li fadal jikkompetu. Ma jistax jonqos li dan id-‘deni’ jkompli jiżdied anke f’pajjiżna.
Ritratti li bagħat qarrej ta’ MaltaRightNow.com turi residenza fil-Gudja li kif taraha aktar tistħajjilha xi każin tal-futbol tat-tim nazzjonali Olandiż. Fil-fatt, sid din il-propjetà, li tinsab fi Triq William Baker, żejjen il-propjetajiet tiegħu b’kull ħaġa li qatt seta’ jsib u li hi relatata mal-Olanda.
Illejla l-Olanda se jaffrontaw lill-Arġentina fit-tieni semi finali. Min jirbaħ bejniethom jiltaqa’ mal-Ġermanja fil-finali tal-Ħadd, filwaqt li min jitlef illejla jiltaqa’ mal-Brażil għat-tielet post li se jintlagħab is-Sibt li ġej.
Mar-residenza u anke mal-karozza, ma jonqsux bnadar u xalel bil-kuluri tal-Olanda, iżda wkoll covers għall-mirja tal-vettura u id tal-gomma … naturalment bil-kulur oranġjo tal-gear u l-aħmar, l-abjad u l-blu tal-bandiera Olandiża.
U jekk wieħed jaħseb li jista’ jevita li jara l-appoġġ ta’ sid il-vettura għat-tim Olandiż, dan ra kif għamel biex esprima l-appoġġ b’mod permanenti fuq il-bonnett tal-karozza u anke bin-numru ta’ reġistrazzjoni HOL 100.
//= $special ?>