Il-bejgh legali tal-marijuana fl-Urgwaj kien pospost b’sena minħabba diffikultajiet biex il-liġi tkun implimentata u biża li minħabba f’hekk japprofittaw il-kriminali.
L-Urugwaj sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li ħabbar li se jirregola s-suq għall-kannabis. Pass li kien ikkritikat ħafna min-Nazzjonijiet Uniti. Suppost il-bejgħ kellu jibda din is-sena taħt il-kontroll tal-Gvern. Il-President tal-Urugwaj qal li jekk l-affarijiet iridu jsiru sew, il-proċess ma jistax ikun mgħaġġel.
Sadanittant, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, f’sentenza li tat, iddikjarat li d-droga sintetika li timita lill-kannabis ma tistax tiġi klassifikata bhala mediċina u allura ma tistax tinbiegħ legalment bħala prodott mediċinali.
//= $special ?>

