Ċiniż ta’ 52 sena li għandu passaport Malti ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke bi traffikar ta’ persuni u li nhar it-Tlieta li għaddew u fix-xhur ta’ qabel għex minn fuq il-prostituzzjoni meta mexxa tliet burdelli.
De Quan Feng, residenti San Pawl il-Baħar u li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 17-il sena ġie mixli li bi vjolenza, inkluż serq ta’ persuni ttraffika tliet nisa Ċiniżi u dawn biex jiġu sfruttati fl-għoti tas-servizz għall-Prostituzzjoni.
L-Ispetturi Sylvana Briffa u Joseph Busuttil li qed imexxu l-investigazzjoni għamlu rejd fil-ħwienet “Golden Fingers”, li jinsab fi Triq il-Ħarruba Santa Venera, “Chinese Massage” li jinsab fi Triq l-Oratorju Raħal Ġdid u “Massage Parlour” li jinsab fi Triq Sant Aristarku fir-Rabat Malta. Fil-Qorti saret ix-xhieda bil-“Video Conference” minn tliet nisa ?iniżi u klijent Malti li mar biex jieħu servizz mingħand l-“impjegati” ta’ De Quan Feng li ġie mixli wkoll li għamel qliegħ minn fuq persuni barranin u li kien qed juża post għal skopijiet ta’ prostituzzjoni. Il-Qorti ordnat divjet fuq l-ismijiet tan-nisa u tal-klijent iżda mhux fuq tal-akkużat.
//= $special ?>