Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Anthony Ellul ordnat kaċċatur iħallas is-somma ta’ ftit aktar minn €90, 440 wara li inċidentalment spara tir u laqgħat żagħażugħ ta’ 16-il sena li kkawżalu debulizza permanenti ta’ 35%. Dan kien seħħ wara li l-kaċċatur kien waqalu s-senter.
Il-kumpens ingħata mill-Qorti wara li mill-provi rriżulta li “s-safety catch” ma kienx “on” fil-ħin tal-inċident. L-inċident seħħ fit-13 ta’ Settembru tal-2006 fil-Mellieħa meta ċertu Clifton Axisa żelaq u tilef il-kontroll tas-senter li kien qiegħed iġorr u ġie sparat tir li laqgħat lil Elton Borg.
Borg, li llum għandu 24 sena żamm lil Axisa responsabbli tal-ġrieħi li sofra u għalhekk beda proċeduri kontrieh għad-danni. Il-kaċċatur qal minn naħa tiegħu li kellu tort iżda sostna wkoll li t-tort ma kienx biss tiegħu għax skont hu l-vittma kien miexi warajh. F’rapport li sar mill-Brigadier Maurice Calleja fl-inkjesta li saret fuq l-inċident qal li s-senter kien semi-awtomatiku.
F’dan is-senter jiddaħlu skrataċċ ikkargati fil-magażin tas-senter u beda jinġided il-“cocking lever”, skartoċċ jittella’ fil-kanna lest biex jiġi sparat meta jingħafas il-grillu u dan meta s-“safety catch” jitpoġġa fil-pożizzjoni li tkun se ssir sparatura.
Clifton Axisa qal li Elton Borg kien warajh u li hu (Axisa) kien nieżel in-niżla. Kien jaf li Borg kien qed isegwih pero ma kienx jaf li kien jinsab eżatt warajh. Malli għamel l-ewwel erba’ passi, qal Axisa, it-tafal mar bih u żelaq u dak il-ħin rema’ s-senter minn idejh bħala “safety”.
Sadanittant, qal Axisa, Borg kien żelaq miegħu wkoll u l i żda hu ma kienx induna li dan kien waqa’ wkoll. Is-senter kien ġie po żizzjonat ma’ saqajh qal l-istess Axisa u fil-fatt kien laqat lil Elton bis-senter.
Axisa ammetta wkoll li s-senter kiern f’po żizzjoni li jispara. Wara li kkwota x-xhieda tas-Surġent Joseph Farrugia fejn dan qal li mhux l-ewwel darba fejn kien hemm ka ż fejn senter waqa’ u ħa, l-Imħallef Ellul qal li huwa tal-fehma li s-senter m’għandux ikun fih skrataċċ meta ma jkunx qed jintuża.
L-Imħallef irrefera wkoll għall-ġustifikazzjoni ta’ Axisa li ma kienx għamel is-“safety catch” “sabiex jekk tgħaddi xi tajra malajr jista’ jkun f’pożizzjoni li jisparalha”, bl-Imħallef jagħmilha ċara li ma jaqbilx ma’ dan ir-raġunament.
Il-Qorti qalet li l-fatt li jistgħu jgħaddu tajr f’daqqa ma jfissirx li wieħed ma jieħux il-prekawżjonijiet neċċessarji speċjalment meta kien għaddej minn fuq art imxarrba u allura seta’ kien konxju li seta’ jaqa’. “Bil-mod li argumenta Axisa hu evidenti li għalih li jispara għat-tajr jieħu kull preċedenza fuq mi żuri tas-sigurta’ li kellu d-dmir li jieħu.” Il-Qorti lanqas qablet ma’ Axisa meta qal li Borg messu jaf li l-prattika tal-kaċċa hi perikoluża u li l-vittma daħal għar-riskju hu.
Filwaqt li ddikjara l-aġir ta’ Axisa bħala wieħed irresponsabbli l-Imħallef Ellul qal li ma tressqu ebda provi li Borg kellu xi tort u għalhekk il-ħtija hija biss ta’ Axisa. Meta ġie biex jaħdem is-somma tal-kumpens, l-Imħallef Ellul ikkunsidra fost affarijiet oħra, l-eta’ tenera li kellu Borg u l-fatt li huwa sofra debilita’ permanenti ta’ 35 fil-mija.
//= $special ?>