Il-Partit Nazzjonalista jittama li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim ġdid iħalli l-frott mixtieq fl-interess tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Madankollu, dan sfortunatament ma ġarax bi ftehim simili tal-Gvern Malti mal-Libja dwar prezzijiet preferenzjali għax-xiri tal-gass u ż-żejt.
Il-PN qal dan fi stqarrija wara l-iffirmar tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat ilbieraħ bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ċiniż. Il-PN qal li hu favur kull inizjattiva raġjonevoli li tista’ twassal biex jiġi attirat aktar investiment barrani lejn pajjiżna.
Il-PN sostna li jittama li jkun hemm l-okkażjoni għal diskussjoni miftuħa u transparenti dwar l-inizjattivi li qed jittieħdu favur it-tkattir ta’ investiment barrani miċ-Ċina u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
//= $special ?>