Numru rekord ta 4,500 persuna żaru l-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estates fl-ewwel siegħat tagħha il-bieraħ filgħaxija. FIl-fiera, li ġiet inawgurata uffiċċjalment mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, hemm preżenti 230 esebitur.
Waqt id-diskors tagħha, il-President qalet li l-fiera toffri diversi oppportunitajiet kemm lill-esebituri imma wkoll lill pubbliku ġenerali. Hi rringrazzjat lill Expo Events, Polidano Group u MKIC Ltd għad-deċiżjoni li ħadu li d-dħul kollu mill-parkeġġ jingħata bħala donazzjoni lill Malta Community Chest Fund. Il-President qalet li huwa importanti li kulħadd iħossu parti mill-komunita u juri solidarjeta’ anke b’dawn l-inizjattivi.
Il-Fiera l-Kbira, qed tiġi organizzata minn Expo Events u, apparti l-esebituri, toffri wkoll diversi attivitajiet oħra bħal wirjiet mill-Montekristo Equestrian Club, fun park għat-tfal u oħrajn.
Il-Pubbliku qiegħed ukoll jiġi mistieden biex isegwi il-logħob tal-world cup f’atmosfera sabiħa f’Montekristo Estates.
il-Fiera l-Kbira tiftaħ kuljum mis-6.30pm sal 11pm u se se tibqa miftuħa sal-Ħadd 20 ta’ Lulju.
Aktar informazzjoni tista tinkiseb mill paġna uffiċċjali tal-facebook (fierakbira) u is-sit elettroniku www.fierakbira.com
//= $special ?>