Vittoriosa Stars ħabbru lil Robert Cassar bħala l-assistent kowċ ta’ Brian Spiteri kif ukoll kowċ tal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena.
Cassar għamel kważi karriera sħiħa ma’ Zabbar St. Patrick kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ fejn ta importanza kbira liż-żgħażagħ tan-nursery.
Matthew Camilleri se jkun il-kowċ tal-gowlkipers tal-Ġirbin.
Sadanittant id-difensur ta’ 27 sena Ryan Mifsud ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Vittoriosa Stars.
Mifsud hu prodott ta’ Birkirkara u matul il-karriera lagħab ukoll ma’ Marsaxlokk. Is-sena li għaddiet kienet l-ewwel sena tiegħu mal-klabb tal-Birgu.
Intant Vittoriosa Stars bħalissa għandhom lid-direttur tal-klabb Felice Bellini fl-Atahotel Executive, il-lukanda ewlenija tat-trasferimenti fl-Italja bil-għan li jkomplu jsaħħ l-iskwadra.
Sell ma’ Żejtun C.
Fit-Tieni Diviżjoni Żejtun Corinthians ħabbru l-akkwist tal-winger ta’ 27 sena Ryan Sell li lagħab għal San Ġwann, Vittoriosa Stars, Gudja United u Lija Athletic.
//= $special ?>

