Omm ta’ 40 sena minn Bormla marret disa’ xhur ħabs u kienet immultata €700 wara li nstabet ħatja li kellha fil-pussess tagħha borża ecstasy. Il-każ seħħ fit-30 ta’ Mejju 2005, u Lorraone Grima inqabdet waqt road block f’Bormla stess. Wieħed mis-suldati li waqqafha kien lemaħha tirranġa l-flokk u ssuspetta ħażin.
Fil-karozza riekeb kien hemm is-sieħeb tagħha u żewġt itfal. Wara li saret tfittxija fuqha, fil-bra sabulha borża b’25 pillola ecstasy. Fil-kumpilazzjoni Grima qalet li kienet qed iġġorhom magħha biex ma tħalihomx id-dar għax għandha t-tfal. Qalet ukoll li kienet xtrathom f’daqqa biex meta jkun hemm “party” u tattendi ma toqgħodx tixtrihom waħda waħda.
Grima instabet ħatja wkoll li kisret sentenza tal-Maġistrat Giobanni Grixti li kienet ingħatat lilha fl-2002, meta dak in-nhar kienet ingħatat sentenza ta’ tliet snin ħabs sospiżi għal erbgħa. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat li din is-sentenza terġa’ tibda tgħodd.
//= $special ?>