Internazzjonali

Eskalazzjoni tal-ġlied fl-Ukrajna

L-UKRAJNA: It-tama li forsi l-affarijiet fl-Ukrajna bdew jitranġaw twadbu lura wara attakk bir-rockets li sar fir-reġjun ta’ Luhansk.  Hawn tal-anqas 19-il  suldat Ukren mietu f’dan l-attakk.

Rapporti qalu li r-ribelli sparaw għadd ta’ rockets lejn truppi Ukreni li kienu miġbura f’Zelenopillja, raħal qrib il-fruntiera Russa. Ir-ribelli konfermaw li kienu wara l-attakk u qalu li kienu wkoll qerdu stakkament ta’ truppi Ukreni.

Il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko wiegħed li r-ribelli responsabbli kien u se jpattu għal dan l-attakk bil-kbir. Hu qal li ma kienx se jkun hemm wieħed minnd awn ir-ribelli li kien se jeħlisha u kienu se jpattu għal dak li għamlu.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa hu stmat li nqatlu mal-23 suldat Ukren fosthom dawk fl-attakk ta’ Zeleopillja. Fl-istess attakk kien hemm 93 li ndarbu.

Ir-ribelli bħalissa qed jinġabru madwar Donetsk hekk kif il-miltiar Ukren qed ikomplu jieħu aktar territorju lura fil-kontroll tiegħu fil-Lvant tal-Ukrajna