Internazzjonali

Evakwati ħaddiema tan-NU

IL-LIBJA: In-Nazzjonijiet Uniti evakwat l-impjegatit agħha mil-Libja hekk kif is-sigurta fil-pajjiż qed tkompli tmur għall-agħar
Samir Ghattas, kelliem għan-NU fil-Libja, qal li parti mill-200 impjegat li n-NU kellha fil-Libja kienu qed jintbagħtu x’imkien ieħor imma ma tax numru speċifiku. Hu qal li l-ħidma tan-Nu kienet se tkompli fil-Libja imma b’anqas nies.

Tul dawn l-aħħar ġranet, il-bini ewlieni tan-Nazzjonijiet Uniti fi Tripli ntlaqat minn tiri ta’ armi tan-nar għal diversi drabi.

Apparti minnhekk, Magda Mughrabi, riċerkatriċi Libjana ma’ Amnesty International, fl-istess ħin qalet kien hemm żieda f’dawn l-aħħar xhur f’attakki kotnra barranin fil-Libja u li xi wħud minnhom spiċċaw bil-qtil tal-persuna. Hi qalet li n-nuqqas ta’ sigurta fil-Libja waslet biex ħaddiema umanitarji jsibuha dejjem aktar diffiċli li jaħdmu fil-pajjiż u vunerabbli għal attakki.

Sadattant il-Gvern Libjan se jċaqlaq l-uffiċini tal-Ministeru tal-affarijiet Barranin wara li l-ħaddiema komplew jirrifjutaw li jidħlu għax-xogħol fil-bini minħabba n-nuqqas ta’ sigurta fiz-zona.