Il-FIFA għażlet lill-Alġerin Djamel Haimoudi biex jikkontorlla l-logħba għat-tielet post bejn il-Brażil u l-Olanda.
Matul dan it-turnament, ir-referee ta’ 43 sena ikkontrolla l-partiti mill-fażi tal-gruppi bejn l-Awstralja u l-Olanda, dik bejn Costa Rica u l-Ingilterra kif ukoll l-isfida bejn il-Belġju u l-Istati Uniti mal-aħħar 16.
Djamel Haimoudi se jsir l-ewwel referee mill-Konfederazzjoni Afrikana li kkontrolla logħba għat-tielet post.
//= $special ?>

