Il-Gvern qed iwiegħed li sa tmiem din il-leġiżlatura se jkun naqqas il-burokrazija b’25%. L-importanza tat-tnaqqis fil-burokrazija fis-settur governattiv kienet enfażizzata waqt it-tnedija ta’ sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni bit-tema “Effiċjenza fil-Ħidma tal-Gvern”, bl-ewwel waħda tiġi indirrizzata mill-Kummissarju għas-Simplikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija d-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis u l-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern id-Deputat Laburista Carmelo Abela.
Anthony Agius Decelis qal li t-tnaqqis tal-burokrazija fil-mod kif jopera l-Gvern għandu jwassal għal titjib fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għax il-korruzzjoni twassal għal aktar possibbiltà ta’ korruzzjoni. Hu qal li l-pjani tal-Gven huma li jissaħħaħ l-aspett ta’ governanza tal-qafas regolatorju, filwaqt li titwettaq simplifikazzjoni fuq l-istokk ta’ liġijiet u regolamenti eżistenti. Dan fl-istess waqt li jittejjeb iċ-Ċivil u jiżdied ir-rwol regolatorju tas-servizz pubbliku u jkunu esplorati opportunitajiet ta’ sħubija mal-Privat u mal-qasam soċjali.
Fl-impenn għat-tnaqqis tal-burokrazija, inħatar Kunsill li jiġbor fih l-entitjaiet li jmexxu kumpaniji tal-Gvern flimkien mal-Kapijiet taċ-Ċivil, tnieda proċess ta’ tisħiħ tal-policies, iddaħħlu proċeduri ġodda biex tiżdied il-kwalità tar-regolamentazzjoni u tnediet politika bbażata fuq l-appoġġ, it-taħriġ u l-komunikazzjoni mal-imsieħba kollha fil-pajjiż.
Min-naħa tiegħu, il-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern Carmelo Abela sostna li mit-tnaqqis tal-burokrazija jgawdi l-pajjiż kollu u s-setturi kollha tas-soċjetà.
//= $special ?>