Kienet imnedija l-24 edizzjoni tal-Malta Jazz Festival li se jittella’ mis-17 sad-19 ta’ Lulju f’Ta’ Liesse, fix-Xatt tal-Belt.
Il-Festival ta’ din is-sena mistenni jinkludi bosta ismijiet ta’ fama f’dan il-qasam, fosthom Brad Mehldau u Mark Guiliana, Tom Harrel u Brecker Borthers Band Reunion.
Il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienet indirizzata mid-direttur artistiku tal-Malta Jazz Festival Sandro Zerafa, miċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall kif ukoll mill-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici.
Il-programm jinkludi wkoll fringe festival – Jazz on the Fringe. Dan jipprovdi opportunitajiet għall-kollaborazzjoni bejn mużiċisti lokali u dawk barranin. Apparti li jinkudi masterclasses u kunċerti fil-miftuħ.
Din is-sena se jkun hemm ukoll it-tieni edizzjoni tal-Malta Jazz Contest u The Malta Summer Jazz Camp.
//= $special ?>