IL-POLONJA: Ir-reputazzjoni tal-Polonja bħala pajjiż Kattoliku qed titmermer wara li stħarriġ wera nuqqas kbir fin-nies li jattendu għall-quddies.
Stħarriġ li sar mill-Knisja Kattolika Polakka sab li f’dawn l-aħħar għaxar snin in-nies li jmorru għall-quddies il-Ħadd kien naqas b’madwar żewġ miljun persuna u fuq medja kien biss 39% tal-popolazzjoni li kienet tmur il-quddies regolarment – l-ewwel darba mill-1980 li ċ-ċifra hi ta’ anqas minn 40%.
Monsinjur Wojciech Sadlon, id-direttur tal-Istitut Kattoliku tal-Istatistika u li mexxa l-istħarriġ, ddeskriva dan it-tnaqqis bħala wieħed signifikanti.
Dan minkejja li l-Knisja għad għandha pożizzjoni importanti fis-soċejta’ Pollakka u fejn ħafna jassoċjaw li tkun Kattoliku mal-identita Polakka.
Sadlon qal li l-ħajja kienet qed tinbidel u l-fidi qed titlef il-battalja ma’ attivitajiet oħra . Hu qal li ħafna li dawk li kienu jmorru l-quddies kienu jagħmlu dan l-aktar minħabba t-trobbija.
Min-naħa l-oħra fi Spanja u l-Italja qed ikun reġistrat żieda fl-ammont ta’ nies li qed jattendu l-quddies u dan l-aktar minħabba l-impatt tal-Papa Franġisku li qed jagħti ħajja ġdida lil fidi bid-diskorsi u aġir tiegħu.
Skont riċerka li saret mill-Centro de Investigaciones Sociológicas (CIS), apparti liq ed ikun hemm żieda fl-Ispanjoli li qed jattendu l-quddies, qed ukoll żieda fl-ammont ta’ Spanjoli li qed jidħlu għall-ħajja reliġjuża u dan jgħod kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
//= $special ?>

