Koppja Sirjana li salvaw minn traġedja fil-baħar f’Ottubru li għadda fejn għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom kienu kkundannati sitt xhur ħabs sospiżi għal sena, u dan wara li ammettew li f’Jannar li għadda telqu minn Malta b’mod illegali.
Younes Eyad Ali ta’ 36 sena u Krayem Dania Ali ta’ 34sena, li ammettew l-akkużi, kienu tilfu it-tlieta minn uliedhom waqt it-traġedja. L-Ispettur Edel Mary Camilleri qalet li s-Sirjani ntbagħtu lura Malta minn Norveġja fit-2 ta’ Lulju li għadda.
Il-mara qalet li riedet titlaq minn Malta, minħabba li dan il-pajjiż ifakkarha f’uliedha. L-Ispettur Camilleri qalet li hija kienet tagħat liull-koppja il-“police bail” sakemm tressqu l-Qorti, il-Ġimgħa u dan biex ma jiġix ikkawżat lilhom aktar problemi. L-Ispettur qalet li f’każ bħal dan, sentenza sospiża għandha tkun waħda ferm altar minn adekwata.
//= $special ?>