Grupp kbir ta’ Maltin din is-sena attendew għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rock Werchter, li beda fit-3 ta’ Lulju u il ntemm nhar il-Ħadd, bl-edizzjoni ta’ din is-sena tkun l-40 waħda ta’ dan il-kunċert tar-Rock li issa ismu sar wieħed stabbilit fuq il-palk interazzjonali tal-mużika.
Grupp ta’ 28 Malti, li libsu l-isem ta’ ‘Malta Crew’, u li jidhru fir-ritratt, iddeċiedaw li jagħtu lill-festival togħma Maltija – bil-grupp li beda jkanta il-kanzunetta lirika popolari Maltija ‘Lanċa ġejja u oħra sejra’ ftit mumenti qabel il-band ta’ ‘Kodaline’ bdiet iddoqq.
Iż-żgħażagħ spjegaw ma’ MaltaRightNow li hekk kif bdew ikantaw il-kanzunetta Maltija flimkien, bdiet nieżla x-xita, bil-grupp kellu jistkenn taħt biċċa plastika kbira u bil-konsegwenza ta’ dan il-vuċi tal-Maltin bdiet tinstema’ aktar.
Il-kunċert Rock Werchter isir kull sena fil-villaġġ ta’ ‘Werchter’, qrib ir-raħal ta’ Leuven fil-Belġju u llum sar wieħed mill-akbar kunċerti fid-dinja.
Il-kanzunetta ‘Lanċa ġejja u oħra sejra’ diġa’ għamlet ħoss f’kunċert ieħor – ftit jiem ilu, propju fil-kunċert ta’ Glastunbory meta l-kantant Malti Awstraljan Nicky Bomba, flimkien mal-grupp tiegħu ‘Bustamento’ kantaw verżjoni ta’ din il-kanzunetta. (Filmat: ‘Lanċa ġejja u oħra sejra’ fi Glastonbury)
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rock Werchter ħadu sehem numru kbir ta’ bands stabbiliti fosthom Metallica, Skrillex, The 1975, Kodaline, Rudimental, Kings of Leon, Arctic Monkeys, Biffy Clyro u oħrajn.
//= $special ?>