L-Istati Uniti huma lesti li jservu ta’ intermedjarji bejn Iżrael u l-Palestinjani biex jintlaħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied. Dan stqarru l-President Amerikan Barack Obama waqt telefonata mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
L-attakki mill-ajru mill-Iżrael u l-isparar ta’ rockets mill-Palestinjani fil-Medda ta’ Gaża komplew matul il-lejl li għadda. Skont l-awtoritajiet Palestinjani, dawn l-attakki ħallew madwar 90 persuna mejta fi tlett ijiem.
Min-naħa tagħhom, il-qawwiet Iżraeljani qalu li l-Palestinjani sparaw madwar 500 rocket, li l-parti l-kbira tagħhom kienu interċettati mis-sistema ta’ kontra l-missili.
//= $special ?>

