L-ISTATI UNITI: Il-President Amerikan Barack Obama jinsab f’mira ta’ kritika għaliex nhar il-Ħamis, waqt żjara f’Austin f’Texas, qabeż il-kju f’restaurant magħruf.
Spiss in-nies jistennew mat-tliet siegħat biex jidħlu jieklu għand il-Franklin Barbecue, imma għal ħafna Amerikani ma kienx aċċettabbli li Obama kemm wasal u qabad u daħlu qabel l-oħrajn li kienu qed jistennew barra.
Infatti Obama stess skuża ruħu ma’ dawk li kienu barra għaliex qabad u qabeż lil kullħadd u għamel ordni ta’ 300 dollaru għal dawk li kienu miegħu fuq Air Force One. Imma anki sid ir-restaurant, Aaron Franklin, qal li dawn l-affarijiet ma kienux aċċettabbli u ħadd ma jaqbeż il-kju. Min-naħa l-oħra, Obama qabad u ħallas il-kont ta’ missier u bintu li kienu eżattament quddiemu meta qabiżhom.
Fuq Twitter kien hemm mewġa ta’ messaġġi li dawn l-affarijiet ma jsirux u Obama ma jmissux qabad u qabeż lil kullħadd.
Obama żar Texas hekk kif hemm polemika minħabba l-mewġa ta’ tfal mill-Amerika ċentrali li qed jaqsmu l-fruntiera illegalment, tant li l-awtoritajiet ma jistgħux jlaħqu magħhom. Obama jinsab taħt ħafna pressjoni beix irażżan il-kriżi umanitarja li qed tiżviluppa tul il-fruntiera bejn texas u l-Messiku.
Obama mar Texas bħala parti minn vjaġġ ta’ tleit ijiem barra mill-White Hosue biex jiġbor fondi għall-Partit Demokratiku.
//= $special ?>

