SPANJA: L-awtoritajiet f’Majorca se jibdew jieħdu passi kontra dawk li huma magħrufa bħala pub crawls, fejn turisti, spiss Ingliżi, żgħażagħ jingħaqdu fi gruppi u jagħmlu lejl iduru l-bars jixorbu kemm jifilħu.
Dan wara kritika li nqalgħet wara li tfajla ta’ 18-il sena mill-Irlanda ta’ Fuq dehret f’filmat tagħmel atti sesswali fil-pubbliku ma’ 20 raġel f’Magaluf, destinazzjoni turistika popolari ħafna maż-żgħażagħ Ingliżi u magħrufa għan-nuqqas ta’ kontroll fuq iż-żgħażagħ li jkunu fis-sakra hemmhekk.
Manuel Onieva, is-Sindku ta’ Calvia li fit-territorju tiegħu hemm ukoll Magaluf, filwaqt li qal li kien irrabjat ħafna għal dak li ġara fil-video, qal li minn issa l-quddiem dawk li jridu jorganizzaw pub crawl iridu japplikaw għal liċenżja u osservaw ċerti regoli biex juru li huma repsonsabbli.
Spiss f’dawn il-pub crawls li jiġu organizzati jkun hemm madwar 200 żgħażugħ fis-sakra.
//= $special ?>

