Illejla fit-20.30 jibda Aqtagħha programm ġdid fuq Net Television bi preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Mark Azzopardi.
Jakkumpanjaw lill-Mark Azzopardi waqt dan il-programm żewġt uċuh ġodda għat-televiżjoni Maltija, Josef Mizzi u Elaine Camilleri.
Matul dan il-programm bil-format ta’ quiz se naraw żewġ timijiet jilgħabu kontra xulxin u jwieġbu mistoqsijiet, logħob dwar mużika, u logħob bin-numri. Il-personalitajiet mistiedna għal programm tal-lum huma Peppi Azzopardi u Mandy Grimaud.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm idħlu fil-paġna tal-facebook Aqtagħha.
Aqtagħha llejla fit-20.30, wara l-programm dwar it-tazza tad-dinja fuq Net Television.
Ritratt: Zoom In Photography
//= $special ?>