Fil-Kon Katidral ta’ San Gwann, is-Sibt filgħodu saret quddiesa mmexxija mill-Arcisqof Pawlu Cremona fl-okkazzjoni tal-mitejn anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
Għal din il-quddiesa kien hemm preżenti, il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, l-Agent Prim Ministru, George Vella, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali, Manuel Mallia u membri ohra tal-kabinett, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kif ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali, Jason Azzopardi.
Għal quddiesa attendew ukoll l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, Ray Zammit, rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet tal-Ġustizzja u tal-Ordni kif ukoll diversi membri tal-Korp tal-Pulizija.
Fl-omelja, l-Arcisqof Pawlu Cremona tkellem dwar r-rwol importanti tal-Korp fis-socjeta.’ Maltija. Hu qal li l-korp jahdem biex iħares il-liberta’ tal-persuna u sostna li l-liberta’ hija aspett ċentrali għal-ħarsien tad-dinjita’ tal-bniedem.
L-Arċisqof qal li fil-mitejn sena mindu twaqqaf il-Korp , inbniet reputazzjoni li waslet biex l-pubbliku jħares lejn il-Korp tal-Pulizija bi stima u rispett. Hu qal li mit-twaqqif tiegħu kien hemm diversi uffiċjali li rriskjaw ħajjthom biex jħarsu s-sigurta’ ta’ ħaddieħor.
Sostna li biex wieħed jasal jagħmel atti eroiċi irid ikollu prinċipji sodi li fil-każ tal-insara dawn isibhom fil-valuri insara.
L-Arċisqof għadda wkoll messaġġ fuq persuni li jiżbaljaw u fakkar li meta jkun hemm persuni li jiksru l-ligi, xorta jibqgħu persuni u għandhom jiġu stmati ta’persuni.
Hu temm il-messaġġ tiegħu billi sostna li pajjiżna għandu bżonn il-ħidma tal-Korp tal-Pulizija. Għalhekk appella lill-membri prezenti biex ikunu ta’eżempju tajjeb fil-qadi ta’ dmirijiethom u fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
//= $special ?>