Fi stqarrija l-Birdlife dalgħodu saħqet li t-twaqqif tal-kaċċa illegali u l-nsib f’postijiet publiċi u protetti madwar il-Gżejjer Malta għandha tkun l-prijorita’ għall-Gvern.
Voluntiera u ħaddiema tal-Birdlife kienu fost dawk li b’entużjażmu għenu biex strutturi llegali tal-kaċċa u l-insib fosthom fil-‘Majjistral Batura u l-Historja Park ilbieraħ wara nofsinhar
“Aħna kuntenti li nistgħu ngħinu biex jitneħħew dawn l-illegalitajiet miż-żoni protetti” saħaq Steve Micklewright, Direttur Eżekuttiv tal-Bird Life.
Christian Debono, l-Uffiċjal tal-Konservazzjoni u l-Politka tal-Birdlife qal li huwa importanti li wieħed jagħraf li l-preparazzjoni tal-insib hi wkoll qerrieda għal diversi aspetti tan-natura fosthom il-livellar ta’ art u l-veġetazzjoni
Filwaqt li l-BirdLife faħħat l-inizjattiva tal-bieraħ u l-kollaborazzjoni tal-FKNK u l-‘Wild Birds Regulation Unit, fi stqarrija l-Birdlife akkużat lill-Gvern li qed jinqeda b’attivitajiet bħat-tneħħija ta’ strutturi llegali f’attentati biex jintesew il-pjani li jerġa’ jiġi ntrodott l-insib
//= $special ?>