Lokali

L-MEPs tal-Partit Laburista għażlu l-istess kumitati tal-MEPs Nazzjonalisti

Il-Ġimgħa li għaddiet it-tlett Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Mrtsola, David Casa u Therese Comodini Cachia, ġew assenjati f’Kumitati differenti tal-Parlament Ewropew.

Iżda l-membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista spiċċaw biex għażlu l-istess kumitati u għalhekk sfortunatament pajjiżna mhux se jkun rappreżentat fl-ikbar numru ta’ kumitati possibbli li jolqtuna direttament.