Internazzjonali

Tarbija fi Franza abbandunata fl-iskart

Arkivji

Fi Franza, dak li xi nies ħasbu li kien l-biki ta’ xi qattus maqbud fl-iskart kienet fil-fatt tarbija li kienet sfat abbandunata fi skart tar-riċiklaġġ għal flixken.

It-tarbija, tifla, li nstabet fir-raħal Franciz ta’ Rouvroy, kienet għadha tat-twelid u ittieħdet fi sptar fil-belt ta’ Lens sabiex tingħata l-kura għalkemm bulletin mediku ħabbar li ma kienetx fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-pulzija issa qed tagħmel tfittxija għal omm it-tarbija.